S.L. 327.311 · sl/327.311 (S.L. 327.311)
S.L. 327.311 Art. 3Rekwiżiti għad- dħul.
(1) Il-kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom grad ta’ Bachelor miksub mill-inqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew f ’Kategorija II, f ’dixxiplina relatata mal-Arkeoloġija, l-Edukazzjoni, l-Istorja, l-Istorja tal-Arti, il-Konservazzjoni jew fi kwalunkwe qasam ieħor meqjus rilevanti mill-Bord.
(2) F’każijiet eċċezzjonali il-Bord tad-Dħul, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, jista’ jdaħħal fil-kors applikanti li m’għandhomx il-grad ta’ Bachelor, sakemm li l-Bord ikun sodisfatt li dawn l-applikanti għandhom kwalifiki akkademiċi jew professjonali oħra u esperjenza li flimkien ikunu meqjusa bħala komparabbli mal-kwalifiki mniżżla fil-paragrafu (1) ta’ dan l-ordinament.