S.L. 327.311 · sl/327.311 (S.L. 327.311)
S.L. 327.311 Art. 8Superviżur.
(1) L-istudenti huma meħtieġa jkollhom kuntatt regolari mas-superviżur tagħhom, għall-inqas darba fix-xahar. [
(2) Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studju, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (a) jittawwal il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew
(b) jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li:
(i) l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(a) tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali; u
(ii) il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont
(b) jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li jiddefendi l-każ tiegħu.