Rechtsbibliothek und Fallanalyse · Österreich · Belgien · Europäische Union
LAWxPERT Anmelden Kostenloses Konto

S.L. 327.311 · sl/327.311 (S.L. 327.311)

S.L. 327.311 Art. 5Programm ta’ studju.

In KraftAmtlicher Text

(1) Il-programm ta’ studju għandu jkun magħmul minn taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu ECTS, li minnhom 55 kredtu ECTS ikunu assenjati għal taqsimiet studju mgħallma, 5 kredti ECTS ikunu assenjati għall-istage tas-sajf u 30 kredtu ECTS ikunu assenjati għat-taqsima studju tad-dissertazzjoni.

(2) L-istudenti kollha huma meħtieġa jagħmlu stage tas-sajf obbligatorju f’istituzzjoni approvata mill-Bord, kif indikat fil-programm ta’ studju.

(3) L-istudenti li jiksbu minimu ta’ 60 kredtu ECTS assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma u għall-istage tas-sajf, b’marka medja ta’ mill-inqas 50% għal dawk it-taqsimiet studju li għalihom jingħataw marka/grad, u li ma jkomplux il-kors, jew jekk komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess id-dissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate Diploma.

(4) Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara l-approvazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-kors.