Rechtsbibliothek und Fallanalyse · Österreich · Belgien · Europäische Union
LAWxPERT Anmelden Kostenloses Konto

S.L. 327.311 · sl/327.311 (S.L. 327.311)

S.L. 327.311 Art. 6Valutazzjoni u progress. Emendat: A.L.296 tal-2022.

In KraftAmtlicher Text

(1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar it-

tagħlim tat-taqsima studju.

(2) Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu fil-valutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu ECTS għat-taqsima studju mgħallma, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti ECTS għat-taqsima studju mgħallma jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time, jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.

(3) L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess skont il-paragrafu (2) ta’ dan l-ordinament, jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju mgħallma, jkunu meħtieġa li jirtiraw mill-kors.

(4) It-taqsima studju li tinvolvi stage tas-sajf għandha tkun valutata fuq bażi ta’ Għadda/Weħel. L-istudenti li ma jtemmux jew jeħlu fil-valutazzjoni tal-istage tas-sajf m’għandux ikollhom id-dritt li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid u jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.

(5) Imħassar bl-Avviż Legali 296 tal-2022.